Is-Sibt, 4 ta' Settembru 2010
Euro-Label Malta
Biddel il-lingwa ghal l'Ingliz

Informazzjoni

 
Fittex

FAQs

1. Kif u b’liema mod hi differenti l-Euro-Label minn skemi oħra misjuba fuq l-Internet li jistqarru li jidentifikaw negozji serji?

Il-Euro-Label oriġinat minn Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew li kien imħejji mill-assoċjazzjonijiet taħt il-kappa tal-EuroCommerce u mir-rappreżentanza tal-bejgħ bil-gross u bl-imnut fl-Unjoni Ewropea. Il-Euro-Label hi maħsuba bħala regolatur għan-negozju internazzjonali fuq l-Internet.

2. Kif tindirizza l-ilmenti l-Euro-Label?

Inizjalment, klijent jipprova jsolvi l-ilment tiegħu direttament man-negozjant. Jekk tibqa’ ma tinstabx soluzzjoni, jew jekk il-klijent ma jkunx sodisfatt bis-soluzzjoni li jkun offrielu n-negozjant, jista’ jimla l-formola ta’ l-ilmenti u jibgħatha lill-Kamra tal-Kummerċ u Intrapriża ta' Malta. Jekk f’dan il-livell il-klijent jibqa’ mhux sodisfatt, jiġi indirizzat lill-Korp ta’ Riżoluzzjonijiet Alternattivi Nazzjonali għat-Tilwimiet f’każ ta’ lment fuq skala nazzjonali jew il-Korp ta’ Riżoluzzjonijiet Alternattivi Internazzjonali għat-Tilwimiet f’każ ta’ lment fuq skala internazzjonali.

3. Xi tfisser Ewropeja?

Ewropeja tfisser li n-negozjant li qed jesebixxi s-siġill għandu proċeduri kummerċjali sikuri, validi fl-Ewropa kollha u konformi mad-direttivi tal-Kummerċ Elettroniku, il-bejgħ b’distanza u l-protezzjoni ta’ l-informazzjoni (data protection). Dawn il-prattiċi huma integrati fil-kodiċi ta’ kondotta għat-tranżazzjonijiet elettroniċi ta’ natura kummerċjali.

4. Kif jiġu indirizzati lmenti relatati ma’ tranżazzjonijiet internazzjonali?

Dawn it-tip ta’ lmenti jiġu indirizzati permezz tar-riżoluzzjoni “Eurochambres” imsejħa “on-line confidence”.

footer_GOV1
footer_mitc1
footer_COC1
footer_MCA1
Copyright 2009
Developed by 2i ltd